Tul il-jum tal-Ħadd, Franza, l-Italja u Spanja rreġistraw l-inqas rata ta’ mwiet kawża tal-pandemija tal-Coronavirus. Franza rraportat 135 vittma, Spanja rraportat 164 vittma, filwaqt li l-Italja rrapurtat 174 vittma. B’dan tal-aħħar kien l-inqas ammont ta’ mwiet min nofs Marzu ‘l hawn, min mindu faqqet l-imxija tal-Coronavirus.
Intant, tabib Franċiż iddikjara illi f’testijiet ġodda li saru fuq pazjenti urew kif il-virus kien preżenti fi Franza ġimgħat qabel ma ġie rrapurtat uffiċjalment l-ewwel każ.
Ir-Renju Unit irraporta 315-il vittma, biex b’hekk għandu t-tielet l-ogħla rata ta’ mwiet b’kawża ta’ dan il-virus wara l-Istati Uniti u l-Italja. Madanakollu uffiċjali Ingliżi qalu li n-numru ta’ każijiet laħaq il-quċċata u n-numru ta’ każijiet ġodda qed jonqos.
Kważi tliet miljun u nofs persuna madwar id-dinja kienu jew għadhom infettati bil-virus, b’kważi terz tal-persuni fiequ minn dan il-virus.