L-Italja permezz tal-grupp Måneskin, rebħet il-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.
Il-grupp rock Taljan seraq il-qlub tal-Ewropej u l-ġurija bil-kanzunetta ‘Zitti E Buoni’.
Din hi l-ewwel kanzunetta rebbieħa fuq stil rock fi ħmistax-il sena hekk kif l-aħħar u l-unika grupp rock rebbieħ fil-Eurovision, qabel ta’ din is-sena, kien il-grupp Finladiż Lordi bil-kanzunetta ‘Hard Rock Hallelujah’.
L-Italja issa rebħet il-Eurovision tliet darbiet, fl-1964, fl-1990 u din is-sena.
Malta rappreżentata minn Destiny spiċċat fis-seba’ post fil-finali tal-Eurovision.
Destiny tat wirja stupenda fil-finali.
Fil-vot tal-ġurija, Malta ġiet fit-tielet post u kisbet 12-il punt minn bosta pajjiżi fosthom l-Awstralja u r-Rumanija.
Mill-vot tal-pubbliku Malta kisbet biss 47 punt.
Għal Malta huwa l-aqwa riżultat mill-2013 meta Gianluca Bezzina kien ġie fit-tmien post.
Minkejja dan, pajjiżna kien kwotat ferm u kien mistenni jiġi mal-ewwel tliet postijiet skont id-djar tal-imħatri.
Intant ftit tal-ħin ilu ħarġu wkoll ir-riżultati tas-semifinali fejn nhar it-Tlieta, Malta rebħet l-ewwel semifinali hekk kif bil-voti magħduda flimkien tal-ġurija u l-vot tal-pubbliku, Destiny ġiet l-ewwel.
Fil-finali Malta kisbet 255 punt u qabel Malta kklassifikat il-Finlandja u wara Malta ġiet il-Litwanja.