Il-Pulizija Taljana qed tinvestiga l-imwiet ta’ 26 tfajla Niġerjana wara li nstabu mejta fil-baħar.
Qed ikun issuspettat li l-istess tfajliet kienu stuprati u maqtula waqt li kienu qed jippruvaw jaqsmu l-Mediterran.
Ħames migranti qed jiġu interrogati fil-port ta’ Salerno.
Is-sejba saret wara li vapur tal-gwerra daħal fil-port waqt li kien qed iġorr 375 migrant fejn abborf kien hemm ukoll il-katavri tat-tfajliet mejtin, li ġew rikoverati wara ħidma ta’ salvataġġ.
23 tfajla minn dawk li nstabu mejta kienu fuq dinghi ma’ 64 persuna oħra.
Il-midja Taljana qed tirrapporta li l-katavri kienu ta’ tfajliet bejn l-etajiet ta’ 14 u 18-il sena.