L-Italja daħlet f’lockdown strett ta’ tlett ijiem bit-tama li trażżan in-numru ta’ infezzjonijiet tal-COVID-19 matul il-vaganzi tal-Għid. Dan hekk kif il-pajjiż qed jikkumbatti t-tielet mewġa ta’ infezzjonijiet u qed jiġu rrapportati mal-20,000 każ kuljum.
Fost il-miżuri hemm li ħadd ma jista jivjaġġa bla bżonn, iżda, it-Taljani jistgħu igawdu l-ikla tal-Għid fi djarhom flimkien ma’ żewġ persuni oħra. Il-Papa Franġisku se jwassal il-messaġġ tal-Għid quddiem pjazza vojta għat-tieni sena konsekuttiva.
Fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla se ssir reviżjoni tal-lockdown skont il-bżonn.