L-Italja ingħaqdet mal-ħames pajjiżi l-oħra li se jieħdu l-immigranti kollha li iktar kmieni llum daħlu Malta abbord l-MV Aquarius. Ebda mill-141 immigrant mhu se jibqa’ f’pajjiżna, iżda se jitqassmu bejn Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Portugal u Spanja, u issa wkoll l-Italja. Dan ħabbru l-Gvern fi stqarrija, wara li l-Gvern Taljan ikkuntattja lill-Gvern Malti u wera l-interess li jippareċipa f’din l-inizjattiva.
L-immigranti abbord l-MV Aquarius waslu Malta iktar kmieni llum u bħalissa qed jinżammu l-Marsa biex eventwalment jitqassmu bejn dawn is-sitt pajjiżi. Ħadd minnhom mhu se jibqa’ Malta.
Intant, 60 immigrant ieħor salvati minn Malta wkoll se jiġu mqassma bejn Stati Membri Ewropej oħra.