L-Italja bi pjan sabiex tnaqqas il-miżuri stretti fil-pajjiż li kienu daħlu fis-seħħ sebgħa ġimgħat ilu sabiex jitwaqqaf it-tixrid tal-Coronavirus.
Fl-aħħar jiem l-Italja irrapurtat l-inqas rata ta’ mwiet minn meta bdiet t-tifqiegħa f’nofs Marzu li għadda.
Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte tenna li r-restrizzjonijiet ser jiġu llaxkati mill-4 ta’ Mejju. In-nies ser jitħallew jżuru lil qrabathom f’numru żgħir u bil-maskli.
Minkejja li l-ispazji pubbliċi ser jerġgħu jiftħu, l-iskejjel mhux ser ikunu miftuħa qabel Settembru li ġej.
Il-Ħadd l-Italja rrapurtat it-total ta’ 260 każ ta’ mwiet relatat ma dan il-virus. Din hija l-inqas rata ta’ mwiet irrapurtata sa mill-14 ta’ Marzu.
Issa t-total ta’ mwiet fl-Italja huwa ta’ ftit aktar minn 26,600 ruħ li jagħmilha l-ogħla rata ta’ mwiet fl-Ewropa.