It-Taljani qalu le għall-proposti ta’ bidliet kostituzzjonali li kien qed jipproponi l-Prim Ministru Matteo Renzi u meta ftit tas-sigħat ilu kien deher ċar li Renzi tilef il-vot ħabbar li se jirriżenja. Biex żamm mal-kelma li jorbot il-kariga tiegħu mar-riżultat tar-referendum.
Referendum li kien qed iqisu bħala wieħed importanti ħafna minħabba li kien qed jipproponi bidliet fil-mod kif jaħdem il-proċess demokratiku fl-Italja, pajjiż fejn ħafna drabi ddominat l-instabbiltà u fejn il-proċess leġiżlattiv huwa wieħed li jieħu fit-tul ħafna.
Jirriżulta li l-LE rebaħ b’madwar 60% tal-voti biex it-telfa għal Renzi kienet meqjusa bħala waħda kbira. Renzi se jkun qed jinforma lill-Kabinett tal-Ministri bid-deċiżjoni tiegħu biex iktar tard imur għand il-President u jirriżenja uffiċjalment.