L-Italja ħabbret li se tkun qed testendi l-‘lockdown’ nazzjonali sal-Ħadd 12 ta’ April, li huwa Ħadd il-Għid. Din il-lockdown se tkun qed tiżdied b’disat ijiem, hekk kif suppost kellha tispiċċa l-Ġimgħa li ġej.
Din il-miżura ttieħdet sabiex dan il-pajjiż jibda jnaqqas l-imxija tal-Coronavirus.
It-Tnejn, għat-Taljani bdiet tfeġġ it-tama hekk kif in-numru ta’ każijiet ġodda u numru ta’ mwiet naqsu, meta mqabbla mal-ġurnata ta’ qabel.
Matul il-jum tat-Tnejn il-każijiet ġodda ta’ Coronavirus kien ta’ 1,648, filwaqt li 756 mietu bil-Coronavirus.
In-numru ta’ mwiet kawża ta’ dan il-virus huwa ta’ 11,591 każ.