L-Italja mistennija timponi lockdown nazzjonali ieħor matul iż-żmien tal-Għid sabiex tkompli tiġġieled in-numru ta’ każijiet tal-Coronavirus.
Dan ser jara ħwienet mhux essenzjali jingħalqu bejn it-3 u l-5 ta’ April u n-nies jistgħu joħorġu minn djarhom għal raġunijiet ta’ xogħol, saħħa jew emerġenza.
Dan filwaqt li ser tinforza restrizzjonijiet aktar stretti f’postijiet li mhumiex fost l-aktar milquta wkoll.
Din l-aħbar ġiet jiem wara li l-Italja qabżet il-100,000 każ ta’ mwiet.
Is-sena l-oħra l-Italja kienet waħda mill-ewwel pajjiżi li imponiet lockdown nazzjonali.