Għat-Taljani l-bidu tas-sena l-ġdida fissret f’żieda rekord fil-kontijiet tad-dawl ta’ 55%.
Dan apparti żieda ta’ kważi 42% fil-prezzijiet tal-gass.
F’din l-aħħar sena l-prezzijiet fl-Italja għolew minn żmien għal żmien minħabba l-kriżi fl-enerġija, iżda din hija l-akbar żieda li kien hemm fl-Italja.
Dawn iż-żidiet ifissru li fis-sena l-ġdida, l-2022, il-familji Taljani se jħallsu ftit iżjed minn €1,000 żejda fil-kontijiet tad-dawl u l-gass.
Ir-Regolatur tas-Servizzi tal-Enerġija Taljana, l-Arera qalet kif iż-żieda setgħet tkun ħafna iżjed, li kieku l-Gvern Taljan ma tax is-sapport finanzjarju lil familji.
Dan hekk kif fil-Budget għal din is-sena, il-Gvern Taljan alloka €4 biljun f’kumpens lill-familji għal din iż-żieda għolja.
Dawn iż-żidiet se jkunu qed jaffettaw lil 29 miljun familja u 6 miljun negozju fl-Italja.