L-Italja għelbet lil Spanja waqt penalties biex b’hekk issa se tkun kisbet post fil-finali tal-EURO 2020, liema logħba se tkun qed issir f’Wembley.
Kienet logħba ta’ taqtigħ il-qalb hekk kif sal-aħħar minuta, kollox kien inċert dwar min kien se jikseb postu fil-finali, bi Spanja tat logħba mill-isbaħ fejn kienet għadma iebsa għall-Italja.
Wara li l-penalty, li ta l-plejer Spanjol Alvaro Morata, ġie salvat – kien il-penalty li ta l-plejer Taljan Jorginho li serva bħala d-daqqa finali għal Spanja biex poġġa lill-Italja fil-finali.
Issa jmiss logħba oħra bejn l-Ingilterra u d-Danimarka biex b’hekk ikun deċiż bejn min se tkun it-taqtigħa fil-finali tant mistenni tal-Euro 2020.