L-Italja għadha kif daħlet f’riċessjoni wara li l-ekonomija tal-pajjiż naqqset b’0.2% fl-aħħar tliet xhur tal-2018. Dan minkejja li l-Italja għandha it-tielet l-akbar Prodott Domestiku Gross fiż-żona ewro.
L-ekonomija Taljana bdiet tesperjenza tnaqqis drastiku sa mill-bidu tal-2017, u riċenti ħadet daqqa ta’ ħarta oħra minħabba nuqqas ta’ kummerċ u negozju mal-Ġermanja u ċ-Ċina fost oħrajn. Il-Gvern Taljan kien ukoll involut f’battibekk kontinwu minħabba defiċit fil-baġit tiegħu, li m’għamel ebda ġid għall-ekonomija tal-pajjiż.
Intant, il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte qal li l-Gvern stabbilixxa xi kundizzjonijiet biex l-ekonomija tirkupra fit-tieni nofs tal-2019.