Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ddikjara stat ta’ emerġenza ta’ 12-il xahar fir-reġjun ta’ Ligurja, wara li ċeda pont f’Ġenova.
Qal ukoll li l-Gvern reġjonali Taljan talab €5 miljun fondi wara li l-inċident traġiku ta’ nhar it-Tlieta ħasad il-ħajja ta’ 39 persuna, fosthom turisti.
Uffiċjali li qed iwettqu operazzjoni ta’ salvataġġ fl-inħawi qalu li m’hemmx tama li iktar persuni salvaw minn dan l-inċident.
Il-pont Morandi waqa’ għoli ta’ madwar 100 metru t-Tlieta filgħodu.