Fl-Italja, fl-aħħar 24 siegħa l-ammont ta’ mwiet kien ta’ 431 persuna. Din kienet l-inqas rata ta’ mwiet mill-20 ta’ Marzu f’dan il-pajjiż, li għandu fost l-aktar każijiet u vittmi kawża tal-COVID-19.
Fl-aħħar tlett ġimgħat l-Italja rat ammonti xokkanti fil-każijiet ta’ mwiet b’kawża ta’ dan il-virus. B’hekk hemm total ta’ 19,899 persuna li tilfu ħajjithom bil-Coronavirus.
Fil-peninsula Taljana matul l-aħħar sigħat kien hemm 4,092 każ ġdid, biex b’kollox hemm 156,363 każijiet ta’ Coronavirus.