L-Awtoritajiet fl-Italja qed jinvestigaw każ li qed isejħulu ‘ħtif’ li jinvolvu it-tifel, li kien l-unika wieħed li salva, f’inċident b’funikular fl-Italja li seħħ lura f’Mejju.
Dan hekk kif hu ttieħed l-Iżrael minn nannuh.
Eitan Biran, it-tifel ta’ sitt snin, tilef lill-ġenituri tiegħu, lil ħuh iż-żgħir u tnejn min-nanniet tiegħu f’inċident li ħalla 14-il persuna mejta.
It-tifel kien qed jinżamm minn zija fl-Italja wara li ħareġ mill-isptar iżda qraba fl-Iżrael talbu għall-kustodja tat-tifel.