Fl-eqqel tal-kriżi internazzjonali tal-enerġija, il-Prim Ministru Taljana Giorgia Meloni żaret il-kapitali Libjana, Tripli, fejn il-kumpanija tal-enerġija Taljana u l-Korporazzjoni taż-żejt Libjana ffirmaw ftehim ta’ koperazzjoni ta’ $8 biljun dwar il-produzzjoni tal-gass li għandu jsaħħaħ il-provista tal-enerġija lejn il-kontinent Ewropew.
Meloni ltqagħet mal-Prim Ministru Libjan, Abdul Hamid Dbeibah, u minbarra l-kriżi ta-enerġija ddiskutiet ukoll kwistjonijiet pertinenti oħrajn bħall-migrazzjoni fil-Mediterran.
Il-kumpanija tal-enerġija Taljana, Eni, qalet li l-provvista se tibda fl-2026 u eventwalment tilħaq ’il fuq minn 21 miljun metru kubu kuljum.
Aktar ma jmur, il-pajjiżi Ewropej qed fittxu sorsi alternattivi għar-Russja minn fejn iġibu l-gass minħabba l-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna. L-Italja diġà qed iġġib il-gass mill-Alġerija.