L-Isvezja u l-Finlandja aktar tard illum se jkunu qed jattendu għal-laqgħa informali mal-ministri għall-affarijiet barranin tan-NATO f’Berlin.
Minkejja li dawn iż-żewġ pajjiżi mhumiex membri, xorta waħda ġew mistiedna li jattendu għal din il-laqgħa, hekk kif huma mistennija li japplikaw għas-sħubija man-NATO b’reazzjoni għall-invażjoni fl-Ukrajna.
Fil-laqgħa tal-lum se tattendi wkoll it-Turkija, l-unika membru ta’ NATO li esprimiet oppożizzjoni għall-isħubija tal-Isvezja u l-Finlandja.
Ir-Russja qed tqis lil kull pajjiż li jingħaqad mal-alleanza bħala theddida.