Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, ippreżenta r-rapport dwar il-cash rebate fl-industrija tal-films lokali lill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali.
Fuq il-midja soċjali, il-Ministru Bartolo qal li dan sar biex ikun inkluż fl-investigazzjoni li għaddejja dwar dan, waqt li qal li bħalissa qed jieħu pariri legali biex ikun jista’ jippubblika l-istess studju.
Fakkar li l-istudju, li ġie ppubblikat riċentament, wera kif għal kull ewro li ġiet investita f’cash rebates, qed ikunu ġġenerati tliet ewro fl-ekonomija Maltija.