It-Tnejn bdiet is-sena akkademika fl-Università ta’ Malta, u nfetħu l-bibien tal-ogħla istituzzjoni edukattiva tal-pajjiż għal 4,030 student ġdid. B’kollox għas-sena akkademika li għadha kif bdiet, l-Università se tħaddan aktar minn elfejn student għal korsijiet ta’ Baċellerat, u aktar minn elf se jsegwu kors f’livell Maġisteru. B’kollox, l-Università ta’ Malta issa tħaddan 11,850 student.
Bħalissa l-Università ta’ Malta toffri disa’ mija u tletin kors, b’din is-sena tintroduċi niċeċ ta’ studju differenti f’livelli differenti. Għall-ewwel darba l-istudenti kellhom iċ-ċans jistudjaw għal Baċellerat ġdid fil-Kontijiet Pubbliċi, jew anke kors f’livell Maġisteru fl-Arkivjar jew fis-Saħħa Diġitali.
Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella spjega li din is-sena l-Università tat spinta fis-servizzi ta’ counseling li jsiru fuq il-kampus stess, bir-Rettur iħeġġeġ l-istudenti biex ma jgħaddux minn żminijiet diffiċli waħedhom.
Huwa qal, “Li għadhom fiċ-ċans li jirrimedjaw il-ħsara li saret hija importanti u kritika. Inkunu rresponsabbli jekk aħna ma nagħmlux dak il-pass żejjed din is-sena biex naċċertaw li l-istudent jieħu dak li ħaqqu u aktar biex nikkumpensaw dak li tilef.”
U hekk kif ir-Rettur flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana inawguraw il-Fresher’s Week ta’ din is-sena, ONE News ħa r-reazzjoni ta’ xi studenti, kemm kurrenti u kemm ġodda, li jinsabu eċitati li se jkomplu t-traġitt akkademiku tagħhom minn fuq il-kampus. Huma qalulna,
“Studying was very unmotivating. It didn’t feel good. This way I feel mroe motivated and seeing other people will help the collaboration between us get better.”
“It’s great! Not being online is a breath of fresh air. It was a struggle to get through it last year and I am so relieved and excited for the year ahead. Even seeing campus so full.”
“Jiena l-ewwel sena u vera eċitat biex nibda s-sena. Diġà kellmuna bl-email biex jgħinuna u għandna anke l-app tal-KSU.”
Studenta minnhom kellha messaġġ speċjali għal dawk li se jibdew l-Università għall-ewwel darba din is-sena: “Well, get involved as much as you can. First year, especially the first term is very relaxed. Go out and have fun, get ready for our exams because they are a pain. But get involved, it’s such a great community.”