Il-ġenituri se jirċievu data u ħin meta se jkunu jistgħu jmorru jiġbru kotba u affarijiet oħra t’uliedhom li tħallew fl-iskejjel.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici ħabbar li dan sar wara li ntlaħaq qbil mal-Union tal-Għalliema (MUT) sabiex dan il-ġbir isir b’mod organizzat ħalli tkun issalvagwardjata s-saħħa tal-persuni involuti.
Dan wara li bosta ġenituri staqsew lill-awtoritajiet ikkonċernati meta se jkunu jistgħu jiġbru l-affarijiet ta’ wliedhom.
Għaldaqstant il-Ministru Bonnici appella għall-koperazzjoni ta’ kulħadd u biex jiġu osservati d-direzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet.