Fl-eżamijiet tal-Benchmark, jidher li l-istudenti marru l-aħjar fil-Matematika, segwit mill-Ingliż u fil-Malti.
Jixhdu dan ir-riżultati medjani miksuba f’dawn l-eżamijiet.
L-eżamijiet tal-Benchmark saru lejn l-aħħar ta’ din is-sena skolastika fi tnejn u sittin skola primarja tal-Istat, għoxrin skola tal-knisja u erba’ skejjel primarji indipendenti. B’kollox kienu tlett elef erbgħa mija u erbgħa u tmenin l-istudenti li poġġew għal dawn l-eżamijiet.
Fl-eżamijiet tal-Malti il-marka medjana kienet dik ta’ disgħa u sittin fil-mija. Dan filwaqt li fl-eżami tal-Ingliż il-marka medjana kienet ta’ sebgħin fil-mija. Minn naħa l-oħra fil-Matematika l-istudenti Maltin jidher li marru ftit aħjar hekk kif il-marka medjana kienet ħamsa u sebgħin fil-mija.
Dawn iċ-ċifri juru li nofs l-istudenti ġabu marka daqs jew aħjar mill-marka medjana filwaqt li n-nofs l-ieħor ġabu daqs jew marka inqas.
Ir-riżultat ntbgħatu lill-istudenti fis-sitta ta’ Lulju. Dan wara li kull karta tal-eżami ġiet immarkata minn żewġ markaturi. Madankollu dawn ma kitbu xejn fuq il-karta nnifisha biex il-markaturi ma jinfluwenzawx lil xulxin. Eżerċizzju li sar minn mija u għaxar markaturi.
Il-karti flimkien mal-iskemi tal-Benchmark se jkunu jistgħu jitniżżlu mis-sit www.curriculim.gov.mt.