Gvern Laburista wettaq dak li wiegħed fis-settur tal-Edukazzjoni għolja. Biex fost oħrajn, l-istudenti komplew javvanzaw fl-istudi tagħhom.
Fil-fatt taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat in-nefqa fuq l-istipendji żdiedet b’€5.5miljun meta kkumparat mas-sena 2012/3.
Dan hekk kif l-istipendji żdiedu bl-għoli tal-ħajja filwaqt li ngħata l-istipendju lil min jirrepeti sena. Żdiedu ukoll l-istudenti lil min jieħu l-istipendju. Saret ukoll ħidma fl-MCAST li fost oħrajn tinkludi proġetti infrastrutturali filwaqt li l-MCAST tressaq aktar viċin l-industrija permezz ta’ 50 MOU f’dawn l-aħħar 3 snin.
Ġiet imnedija ukoll konsultazzjoni biex l-Università tieħu iżjed awtonomija fuq livell ta’operat u tkun tista’ tibni strateġija ibbażata fuq ippjanar finanzjarju fit-tul. Iżda mhux biss, sar investiment ukoll fl-istudenti fil-fatt żdiedu l-boroż ta’ studju u għall-ewwel darba ġew introdotti boroż ta’ studju ta’ livell Post-Doctoral.
Gvern Laburista wettaq ukoll fuq livell post-sekondarju, fost oħrajn twaqqaf grupp ta’ edukaturi mis-setturi kollha post-sekondarji li analizzaw il-qagħda fl-edukazzjoni fl-età bejn 16 u 18 sena dan bl-għan li tissaħħaħ l-edukazzjoni post-sekondarja.