Il-Kunsill tal-istudenti Universitarji flimkien mal-organizzazzjonijiet tal-istudenti preżentaw il-proposti tagħhom għall-baġit. Il-proposti jiffukaw fuq l-aspett ta’ Edukazzjoni Ħolistika, Trasport u Ambjent kif ukoll proposti li jiffukaw fuq is-saħħa u l-istudenti Għawdxin.
Fost dawn il-proposti nsibu:
Edukazzjoni Ħolistika
- L-istudenti appellaw biex il-Gvern jalloka aktar fondi għar-riċerka u l-inovazzjoni
- Jassigura li kulħadd ikollu aċċess għall-edukazzjoni,permezz ta’ sussidji lil persuni b’diżabilitá intelletwali u fiżika biex ikunu jistgħu ikomplu bl-istudji tagħhom
- Ftehim bejn l-Universita ta’ Malta u professjonisti tas-saħħa biex jiġu allokati aktar fondi, biex l-istudenti li ġejjin mill-Fakulta’ tax-xjenza jkunu jistgħu jagħmlu l-placements, li fi kliem l-istudenti huma importanti ħafna fl-istudju tagħhom
Trasport u Ambjent
- Fid-dokument tal-proposti, l-KSU, elenkat dwar il-ħtieġa ta’ aktar miżuri u inċentivi biex aktar studenti jużaw ir-roti u l-mutur, fosthom aktar bike lanes fit-toroq
Saħħa
- L-istudenti jixtiequ li jiġu allokati aktar fondi għal riċerka sesswali kif ukoll li jkun hawn aktar faċilitajiet sportivi
Għawdex
- Il-proposti jinkludu numru ta’ miżuri li jolqtu direttament lil studenti Għawdxin, fosthom fibre-optic cable bejn Malta u Għawdex, li jtejjeb l-aċċess għall-internet
- L-istudenti jixtiequ li aktar korsijiet Universitarji jiġu offruti f’Għawdex