Il-MATSEC qed tagħti l-aħħar opportunità lil istudenti dawk l-istudenti li huma mħajra jagħmlu l-eżamijiet tal-matrikola li għandhom isiru f’Settembru li ġej.
Dan intqal fi stqarrija tal-MATSEC fi ħdan l-Università ta’ Malta, li qalet li dawk li applikaw qabel għas-sessjoni li kellha ssir f’Mejju, ma jridux jerġgħu japplikaw. Qalet li d-dettalji ta’ Mejju ġew transferiti awtomatikament għas-sessjoni ta’ Settembru.
Il-MATSEC qalet li għas-sessjoni ta’ Diċembru huma eleġibbli dawk biss li applikaw qabel April 2020.
Intant, għall-eżamijiet tas-SEC, dawk magħrufa tal-O’Levels u jridu japplikaw għall-eżamijiet f’Settembru, jistgħu jagħmlu dan bejn is-17 u l-24 ta’ Lulju li ġej.