L-istudent universitarju Brittaniku li nqatel fl-‘implużjoni’ traġika tas-sottomarin Titan kien ‘imbeżża’ dwar il-vjaġġ u ngħaqad mal-ekwipaġġ biss biex jogħġob lil missieru għall-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Dan żvelatu z-zija taż-żagħżugħ ma’ mezzi Amerikani tax-xandir.
In-negozjant Pakistani Shahzada Dawood u ibnu Suleman ta’ 19-il sena kienu tnejn mill-ħames vittmi li nqatlu istantanjament meta s-sottomarin tal-OceanGate sofra implużjoni katastrofika 1,600 pied biss ’l bod mill-pruwa tat-Titanic.
Iz-zija, Azmeh Dawood, li tiġi oħt Shahzada, qalet li n-neputi tagħha tkellem ma’ qraba oħra u qal li ma ħassux lest għall-vjaġġ, iżda ried jogħġob lil missieru, li kien iffissat dwar dwar in-nawfraġju tat-Titanic tal-1912.
Suleman Dawood accompanied his father as part of a 'bonding experience' despite having reservations about the trip to view the wreck of the Titanic, according to his aunt.
— Sky News (@SkyNews) June 23, 2023
Read more: https://t.co/tDrgpnx8mV pic.twitter.com/NyXPMCKLym
Aqra Aktar: