L-Uffiċċju tal-Ombudsman esprima t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-assessjar tal-istudenti u l-eżamijiet finali tagħhom fl-MCAST. Dan minħabba t-tilwin li għaddej bejn il-Kulleġġ u l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT.
Dan intqal fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Ombudsman, hekk kif ġie nnotat b’sitwazzjoni fejn fost oħrajn, studenti li jinsabu fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom tħallew fil-għama dwar il-progress tagħhom. Intqal li b’kollox minħabba dan it-tilwim qed ikunu affettwati mat-tmint elef student.
L-Uffiċċju tal-Ombudsman sostna li hu d-dritt tal-edukaturi li jieħu azzjoni industrijali, l-Uffiċċju tal-Ombudsman sostna li dan għandu jsir b’mod li ssir l-anqas ħsara possibbli lill-istudenti.
Intqal li l-istudenti għandhom dritt li mingħajr ebda dewmien, ikollhom f’idejhom ir-riżultati tal-istudji tagħhom.