Il-gazzetta It-Torċa żvelat li l-lettur George Vital Zammit kien responsabbli għad-diskors ta’ Bernard Grech tat-Tnejn li għadda fil-Parlament. Diskors mimli żbalji fattwali jew miżuri li diġà ġew implimentati fl-aħħar snin.
Dak li Bernard Grech qed jimbottah bħala l-istrateġista l-ġdid tiegħu u ġie fdat ukoll biex jagħmel il-programm elettorali li jmiss Nazzjonalista.
Minkejja dan, wara li d-diskors tal-Kap Nazzjonalista ġie redikolat mill-Prim Ministru Robert Abela, il-lettur Universitarju, li qed jiġi mwiegħed il-pożizzjoni ta’ Rettur tal-ogħla istituzzjoni edukattiva, diġà dabbar kritika ħarxa interna, qalet It-Torċa.
Vital Zammit qed jitqabbel ukoll ma’ Chris Peregin qablu, li baqa’ ma sarraf f’xejn konkret, anzi wassal għall-agħar riżultat elettorali għall-Partit Nazzjonalista, minkejja l-ħlas lussuż tiegħu.