“Qegħdin hawn għaliex nixtiequ naddottaw dak li qiegħda tagħmel l-MFSA.”
Dan huwa l-kliem ta’ Felix Hufeld, il-President tar-regolatur finanzjarju federali Ġermaniż, BaFin li kien qed jikkummenta għal strateġija li għandha l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji għas-sentejn li ġejjin.
Huwa fisser din l-istrateġija bħala waħda impressjonanti u li tista’ sservi bħala l-mudell anki għar-regolatur Ġermaniż.
Hufeld spjega li l-BaFin tinsab interessata wkoll fix-xogħol li qiegħda tagħmel l-MFSA fl-industrija tal-innovazzjoni tant li jixtiequ jagħmlu dan ix-xogħol tagħhom.
“We are quite interested in some of the activities the MFSA is entertaining regards, Fintechs, regards crypto-assets and crypto-tokens. We think that is quite interesting and possibly innovative stuff which we would like to better understand and possibly take on-board. So that is really really interesting stuff.”
Il-President tal-BaFin semma li fi kwistjoni ta’ ħasil ta’ flus, ma tagħmilx differenza minn fejn hi ġejja għaliex hemm il-ħtieġa ta’ koperazzjoni sħiħa bejn il-pajjiżi.
“Take anti-money laundering activities, that doesn’t really matter from which country you come from because such activities are mostly and by definition cross border so we must cooperate, we must cooperate better than we have done in the past so that is something we’re all in together or we will lose.”
Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-MFSA fisser il-preżenza tal-awtorità Ġermaniża.
“Kien ta’ pjaċir tagħna illi nilqgħu fostna lir-Regolatur Ġermaniż. L-idea kienet li nżidu l-kollaborazzjoni magħhom iktar mill-qrib. Huwa regolatur kbir, strutturat, jagħmel supervision ta’ suq ħafna ikbar minn ta’ Malta. Għandna ħafna x’nitgħallmu però sibna wkoll dawk l-areas fejn nistgħu naħdmu flimkien partikolarment fl-innovazzjoni teknoloġika, fil-Fintech u f’areas oħrajn.”
Il-Laqgħa tat l-opportunità lil tliet mitt stakeholder jiddiskuti l-futur tas-superviżjoni finanzjarja filwaqt li l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji tat rendikont tal-inizzjattivi li ser timplimenta skont il-Pjan Strateġiku tagħha.