Għall-ewwel darba għada ser tiġi diskussa l-istrateġija Ġenerali tal-Korp tal-Pulizija fil-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali tal-Parlament.
Bidu ta’ proċess li permezz tiegħu l-Korp tal-Pulizija ser issir wieħed modern, aktar effiċjenti u li jutilizza aħjar ir-riżors uman tal-Korp tal-Pulizija.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali Carmelo Abela qal li dan ser ikun l-ewwel attentat serju biex il-Korp tal-Pulizija jibda jkun imħaddem permezz ta’ strateġija proattiva.