Tliet żgħażagħ Spanjoli ta’ tlieta u għoxrin sena ġew arrestati wara li fil-pussess tagħhom instabu bosta sustanzi suspettati li huma droga ecstasy, raża tal-kannabis u ħaxixa tal-kannabis.
Kien għall-ħabta tal-erbgħa u kwart tal-Ħamis filgħodu li l-pulizija ġiet imsejħa minħabba storbju li kien ġej minn blokka appartamenti li tinsab fi Triq il-Mensija f’San Ġiljan.
It-tliet żgħażagħ irrifjutaw li jobdu l-istruzzjonijiet tal-Pulizija iżda bl-għajnuna tal-ġirien, il-Pulizija rnexxilhom jidħlu fl-appartament li kien jinsab fit-tieni sular tal-blokka.
Hemmhekk saret tfittxija fejn instabet id-droga
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.