Fi stqarrija l-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin kkundanna bla ebda riserva kull tip ta’ intimidazzjoni, theddid jew attakki li jsiru kontra membri tal-istampa waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Fl-istqarrija l-Kunsilli saħaq kif wasallu rapport li waqt il-protesta li saret it-Tlieta, 26 ta’ Novembru quddiem il-bini tal-Parlament u wara kompliet fi Pjazza Kastilja, ġurnalisti kienu nsulentati, mhedda u saħansitra ssutati minn xi nies li kienu qed jieħdu sehem fil-protesta. Il-Kunsill jikkundanna dan bil-qawwa kollha.
Il-kunsill qal kif f’dawn iż-żminijiet li fihom qed iseħħu fil-pajjiż avvenimenti ta’ importanza straordinarja, l-ġurnalisti għandhom ikunu liberi u ħielsa li jirrappurtaw dak li jkun qed jiġri mingħajr ebda tfixkil jew intimidazzjoni ta’ kull xorta li tkun. Għalhekk il-Kunsill waqt li esprima solidarjetà sħiħa mal-ġurnalisti konċernati, appella għall-kalma anke meta dawn l-attivitajiet u protesti jkunu organizzati minn għaqdiet, organiżazzjonijiet jew NGOs oħra. Nieħdu l-okkażjoni biex
Temmu billi rringrazzjaw lill-uffiċjali tal-Pulizija li ħadu azzjoni immedjata u skortaw lillġurnalisti konċermnati u offrew protezzjoni. Mingħajr il-ħidma tal-ġurnalisti, huma min huma, il-pajjiż ikun fqir ddemokrazija tkun imnaqqra.