L-Istitut Internazzjonali tal-Ġurnalisti sejjaħ bħala żvilupp importanti, l-aħħar arrest ta’ żewġ persuni akkużati li fornew il-bomba li ntużat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
L-istess istitut laqa’ wkoll il-fatt li persuna akkużata bil-qtil ta’ Caruana Galizia issa weħlet piena ta’ priġunerija wara li ammettiet.
L-Istitut Internazzjonali tal-Ġurnalisti rreaġixxa għall-aħħar żviluppi li seħħew fl-aħħar jiem b’rabta mal-omiċidju ta’ Caruana Galizia.
Dan hekk kif Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu wieġeb ħati għall-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Caruana Galizia.
Għal din l-ammissjoni, l-Imħallef Edwina Grima kkundannatu ħmistax-il sena ħabs.
L-istitut rrikonoxxa ħidmet il-pulizija li arrestat lil Robert Agius, wieħed mill-aħwa tal-Maksar u Jamie Vella.
Dawn it-tnejn huma mixlija li pprovdew il-bomba fil-qtil.
Dawn iż-żewġ persuni ġew arrestati fl-istess jum li l-Koħħu ammetta.
Huma ġew arrestati f’operazzjoni tal-pulizija li saret fil-Baħrija u fis-Swieqi.
Ritratt:Jamie Vella: MaltaToday