Missier ta’ 45 sena għandu parir lill-ġenituri: jekk għandek suspett ta’ xi ħaġa stramba fit-tfal, anke jekk tidher redikolu, mur għall-għajnuna minnufih.
Stu Bonsall ta’ 45 sena minn Burnley, Lancashire, qed iħeġġeġ lill-ġenituri jafdaw fl-istint tagħhom. Huwa salva lil bintu wara li deherlu li kienet qed tibki b’mod mhux tas-soltu, meta mar lura d-dar mix-xogħol. Insista mal-omm li jmorru l-emerġenza, minkejja li minbarra l-biki ma kienet qed turi ebda sintomi gravi oħra. It-tarbija Megan, li kellha erba’ ġimgħat, instab li kellha kundizzjoni li kieku baqgħat ftit ieħor biha, kienet titlef ħajjitha. Infatti kellha sepsis, kundizzjoni li tiġri meta l-ġisem jirrispondi b’ċertu mod għall infezzjoni.
Bonsall huwa missier ta’ tliet itfal b’kollox, u ċ-ċkejkna Megan għaddiet minn fażi ta’ kura medika biex illum il-ġurnata għandha sena.