It-tentattiv għal dak ir-ritratt perfett qatel mhux inqas minn 259 persuna bejn l-2011 u l-2017. Dan skont studju globali ppubblikat ftit tal-ħin ilu.
Minħabba f’hekk, riċerkaturi qed iħeġġu sabiex madwar id-dinja jkun hemm ‘no selfie zones’ biex b’hekk nevitaw iktar imwiet minħabba ritratt hekk imsejjaħ perfett.
Skont l-istudju, inċidenti tat-traffiku, imwiet minn fuq muntanji jew binjiet għolja kienu l-iktar komuni.