Li kieku ried il-Kap tal-Partit Nazzjonalista seta’ jiffranka għal kollox l-ispiża taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza. Dan għax Adrian Delia llejla seta’ xandar id-diskors tas-sena l-oħra.
Quddiem id-Dar Ċentrali Delia kellu l-istess negattivita, l-istess attakki fuq l-investiment u l-ebda proposti. Biex inkunu ġusti miegħu żied l-attakk fuq il-proġett tal-flyover tal-Marsa.
Tassew li Adrian Delia ma tgħallem xejn mil-lezzjoni li tah il-poplu f’Mejju li għadda.