It-Tlieta filgħaxija l-isterlina ssaħħet dan minkejja li l-previżjonijiet bdew juru li din mistennija titlef minħabba li l-vot dwar l-abbozz ta’ BREXIT kif ippreżentat minn Theresa May ma għaddiex.
L-isterlina ġeneralment tkun l-ewwel munita li taqla’ daqqa wara xi avveniment politiku, madankollu bl-aktar mod sorpriż din il-munita ssaħħet wara l-vot tat-Tlieta filgħaxija.
Esperti fil-qasam finanzjarju qed jgħidu li l-isterlina telgħet fil-valur tagħha għal fatt li hu żgur li r-Renju Unit mhux ser joħroġ mill-Unjoni Ewropeja fid-29 ta’ Marzu, u sa dak iż-żmien l-Isterlina tista’ tkompli tissaħħaħ.
L-istess esperti qalu ma’ ġurnali nternazzjonali li l-Politiċi fir-Renju Unit qed jirriskjaw, u qed jilgħabu l-‘poker’ bil-futur tal-ekonomija tar-Renju Unit.