L-istazzjonijiet ONE jista’ jkunu kostretti li jxandru skeda alternattiva, skont iċ-ċirkostanzi riżultat tal-imxija tal-coronavirus.
Qal dan fuq il-profil tiegħu ta’ facebook, iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ ONE Group Jason Micallef.
Is-Sur Micallef qal li bħalissa l-istazzjonijiet ONE għandhom quddiemhom sfidi ekonomiċi, tekniċi u produttivi.
Minkejja dan is-Sur Micallef wiegħed lill-eluf ta’ segwaċi ta’ ONE, li dawn l-istazzjonijiet se jibqgħu jkunu ta’ wens sakemm noħorġu minn din is-sitwazzjoni li ħakmet mhux biss lil Malta imma anke lid-dinja.
Iċ-Chairman ta’ ONE Group irringrazzja lil ħaddiema li b’sagrifiċju akbar mis-soltu qed jistinkaw biex ikomplu jwasslu servizz.