L-istatwa magħrufa bħala tal-Madonna tat-Tama li tinsab fiċ-ċentru tal-Bajja tar-Ramla f’Għawdex se tkun qed tipi rrestawrata. L-istatwa oriġinali tmur lura għall-1881 u kienet inbniet minn John Gauci mix-Xagħra u magħmula mill-konkrit u miżbugħa b’żebgħa taż-żejt.
Din l-istatwa tinsab fuq pedestal tal-ġebel tal-Franka li ilhom esposti għall-elementi naturali għal tant snin.
Ser terġa’ titranġa id l-istatwa tal-Madonna kif ukoll se jsiru rikostruzzjonijiet ta’ partijiet li tmermru. Se jinbidlu wkoll id-dwal li jinxtegħlu magħha.
Fl-1995 l-awtorità tal-ippjanar ikklassifikat din l-istatwa bħala monument ta’ grad 1. Ir-restawr se jsir mill-Kummissjoni tal-Ippjanar.