Nhar is-Sibt 9 ta’ Lulju, f’Kerċem, se ssir ir-raba’ edizzjoni ta’ ‘Flames Across the Meadows’.
Din se ssir lejliet il-festa tal-Madonna tas-Sokkors.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-tema ta’ dan in-nar sinkronizzat hija l-istatwa tal-Libertà tal-Istati Uniti.
Hawnhekk inbniet struttura maħduma mill-injam b’għoli ta’ 70 pied u wisa’ ta’ 13-il pied.
Wieħed jista’ jsegwi dan l-ispettaklu li jibda fil-10:45pm, fi Triq Kalandrijiet f’Kerċem.
