Il-patrun ta’ Ħaż-Żebbuġ, San Filep se jagħmel il-ħruġ minn niċċa ġimgħa aktar tard mis-soltu.
Dan tħabbar illum hekk kif wara konsultazzjoni li l-Arċipriet ta’ Ħaż-Żebbuġ għamel mal-każini, mal-Kunsill u mal-Kurja ġie deċiż li din is-sena tiġi ċċelebrata bejn il-11 u t-18 ta’ Ġunju.
It-tibdil fid-data sar minħabba li l-elezzjoni se tkun qed issir fit-3 ta’ Ġunju, 2017, bl-istatwa ta’ San Filep normalment tinħareġ fl-4 ta’ Ġunju.