Il-president tal-Istati Uniti, Donald Trump u dak Russu, Vladimir Putin qabblu li jiġġieldu lill-grupp tal-Istat Iżlamiku fis-Sirja sakemm jirbħu.Dan qalitu l-Kremlin f’dikjarazzjoni mħejjija mill-esperti wara li l-mexxejja kellhom laqgħa qasira fl-isfond tas-summit paċifiku asjatiku li qed isir fil-Vjetnam.
Minkejja dan, sa issa ma kien hemm l-ebda konferma uffiċjali mill-Istati Uniti dwar din id-dikjarazzjoni.
It-tnejn li huma ltaqgħu l-ewwel darba f’Lulju waqt is-summit tal-G20 fil-belt Ġermaniża ta’ Hamburg.