Ir-Russja kkommettiet reati kontra l-umanitá. Dan intqal f’diskors mill-Viċi President Amerikana, Kamala Harris b’referenza għall-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
Hija stqarret li r-Russja hija risponsabbli għal attakki sistematiċi kontra l-poplu Ukren, b’evidenza ta’ stupru u tortura fost l-oħrajn kontra persuni li ma kinux suldati.
Harris iddeskriviet dawn l-azzjonijiet bħala attakk fuq il-valuri komuni, u rreferiet għal każijiet ta’ persuni maqtula fit-toroq u saħansitra anke stupru ta’ tfal.
Hawn sar aċċenn fuq il-ġustizzja, hekk kif stqarret li dawk ħatja u s-superjuri tagħhom se jħallsu għal għemilhom.
Fl-istess summit fil-Ġermanja, il-Prim Ministru Brittaniku, Rishi Sunak appella lill-pajjiżi tal-punent sabiex iżidu l-appoġġ tagħhom lejn l-Ukrajna.