Il-White House qalet li b’solidarjetà tingħaqad mal-alleat qrib tagħha, r-Renju Unit u toffri appoġġ għad-deċiżjoni li jkunu mkeċċija tlieta u għoxrin diplomat Russu. Il-Prim Ministru, Theresa May qalet li dawn se jitkeċċew wara li r-Russja rrifjutat li tispjega kif l-eks spjun Russu Skripal ġie vvelenat b’sustanza Russa.
Intant, Moska kompliet tiċħad kull forma ta’ involviment fl-attakk.