L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti se jimponu sanzjonijiet ġodda fuq ir-Russja wara li l-Mexxej tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny ingħata sentenza ħabs aktar kmieni din il-ġimgħa.
Navalny kien ġie vvalenat bin-Novichok is-sajf li għadda, u l-Gvern Russu kontinwament ċaħad l-involviment tiegħu.
Dawn is-sanzjonijiet se jkunu tal-ewwel li l-amministrazzjoni ta’ Joe Biden se timponi fuq ir-Russja. Kelliema għall-White House spjegaw wkoll li b’dawn is-sanzjonijiet, Biden irid jibgħat messaġġ ċar dwar id-drittijiet umani, u l-bżonn li l-alleati jaħdmu lkoll flimkien b’rabta ma’ dawn is-sanzjonijet.