L-Istati Uniti u l-Messiku laħqu ftehim fuq termini relatati mal-kummerċ, hekk kif kompliet tiżdied il-pressjoni biex ikomplu n-negozjati fuq il-Ftehim Nord-Amerikan għall-Kummerċ Ħieles.
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, li ta’ spiss kritika il-ftehim eżistenti, ħabbar il-ftehim fil-jum tat-Tnejn.
Il-ftehim aħħari xorta għadu fid-dubju, hekk kif il-Kanada, it-tielet pajjiż fil-ftehim, mistennija terġa tingħaqad fit-taħdidiet fil-jum tat-Tlieta.
Kien Trump li wassal għal sena sħiħa ta’ diskussjonijiet, wara li kien hedded li joħroġ mill-ftehim.