L-Istati Uniti u ċ-Ċina qablu li jaħdmu flimkien biex tintlaħaq il-mira tat-temperatura tal-wieħed punt ħamsa gradi celcius li ġie maqbul fis-Summit ta’ Pariġi tal-elfejn u ħmistax.
Din l-aħbar ġiet milqugħa b’mod kawt u attivisti ambjentali qalu li ż-żewġ pajjiżi, li huma fost l-aktar li jniġġsu fid-dinja, għandhom jaħdmu ħafna biex ikunu jistgħu jilħqu dawn il-miri abizzjużi.
Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson qal lill-Gvernijiet biex ma jħallux il-wegħdiet fuq il-karta imma jikkommettu bis-serjetà għal azzjonijiet konkreti biex jintlaħqu l-miri.
Ritratt: EPA