L-Istati Uniti wissiet lill-Venezwela li kull theddida kontra d-diplomatiċi Amerikani jew l-mexxej tal-oppożizzjoni, Juan Guaidó se tintlaqa b’rispons sinifikanti.
Il-Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali John Bolton qal li kwalunkwe “intimidazzjoni” bħal din tkun “attakk gravi fuq is-saltna tad-dritt”.
It-twissija tiegħu waslet jiem wara li l-Istati Uniti u aktar minn għoxrin pajjiż ieħor irrikonoxxew lil Guaidó bħala president proviżorju.