L-Istati Uniti tispara fuq oġġett li kien qiegħed jittajjar madwar tnax-il kilometru ‘l fuq fl-ispazju tal-ajru Amerikan.
F’konferenza mill-White House kien spjaget kif il-President Amerikan Joe Biden ordna li dan l-oġġett li kien madwar id-daqs ta’ karozza jitwaqqa’.
Il-kelliem tal-White House qal ukoll li dan l-oġġett, li s’issa għadu ma ġiex identifikat x’kien u għalxiex kien qed jittajjar, kien qiegħed joħloq periklu għall-avjazzjoni ċivili hekk kif kien qed jittajjar f’altezza simili għal dak ta’ ajruplani kummerċjali.
L-oġġett kien qiegħed jittajjar fuq l-Alaska fid-direzzjoni lejn in-North Pole b’veloċià ta’ madwar sittin kilometru fis-siegħa.
Din l-aħbar ġiet ġimgħa wara li l-Istati Uniti wettqu operazzjoni simili fuq oġġett ferm akbar minn dan meta waqqgħu bużżieqa ta’ oriġini Ċiniża.