Bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa u x-Xahar tal-Istorja tan-Nisa, l-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti, Constance Milstein, irrikonoxxiet lil Anna Maria Vella, MD, PhD, President Kliniku fl-Aġenzija Sedqa, akkademika, tabiba, u ko-fundatriċi ta’ Dar Hosea, bħala l-Woman of Courage għas-sena 2024.
Dan il-premju annwali mill-Ambaxxata tal-Istati Uniti jonora nisa li wrew kuraġġ, impenn u tmexxija eċċezzjonali fit-titjib tal-ħajja ta’ ħaddieħor. L-impenn eċċezzjonali u kuraġġuż ta’ Dr Vella, li tipprovdi kura u appoġġ lil nisa vulnerabbli, għamilha kandidat eċċellenti għall-premju ta’ din is-sena.
Fid-diskors tagħha, l-Ambaxxatriċi Milstein qalet li “Dr Vella hi mara li tippersonifika l-kuraġġ veru permezz ta’ diċenji ta’ servizz bħala tabiba – u bħala l-Clinical Chair – fl-Aġenzija Sedqa. Illum, aħna nagħtu ġieħ lil-impenn tagħha għall-kura tan-nisa bi problemi ta’ abbuż ta’ sustanzi qabel it-twelid, kif ukoll ix-xogħol tagħha bħala membru fundatriċi ta’ Dar Hosea.”
Dr Vella, waqt li qalet li tħossha onorata ħafna b’dan il-premju, tenniet li “imma tassew nemmen li nkun preżuntuża jekk naħseb li ksibt xi ħaġa waħdi. Dejjem kien hemm tim ta’ nies madwari li emmnu fija u fil-viżjoni tiegħi u appoġġjawni tul il-ħin kollu.”
L-Istati Uniti u Malta jaqsmu valuri importanti li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u t-tisħiħ ekonomiku ta’ nies żvantaġġati.
L-Ambaxxata tal-Istati Uniti taħdem mill-qrib mal-imsieħba lokali biex tippromwovi dawn il-valuri u tappoġġja l-isforzi lokali biex ittejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tgħin lin-nies vulnerabbli jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.