Bl-aħħar test nukleari li għamel, Kim Jong-un, il-Kap tal-Korea ta’ Fuq “qed jitlob għall-gwerra” qal il-mibgħut speċjali tal-Istati Uniti għan-Nazzjonijiet Uniti,Nikki Haley.
Waqt laqgħa b’urġenza tal-Kunsill tas-Sigurtà f’New York, il-mibgħut speċjali qal li l-Istati Uniti ma jridux gwerra iżda “il-paċenzja tagħhom għandha limitu”.
L-Istati Uniti se tkun qed tressaq resoluzzjoni fuq il-mejda tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex jintensifikaw is-sanzjonijiet.
Iċ-Ċina, għajtet għal negozjazzjonijiet filwaqt li l-Iżvizzera offriet li tkun medjatur.